Aqbeż għall-kontentut

Danimarka: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
Linja 72: Linja 72:
L-isem tal-innu nazzjonali tad-Danimarka huwa: "[[Der er et yndigt land]]" jew inkella "There is a lovely country". Id-Danimarka għandha wkoll l-innu rjali billi hemm reġina li tosserva n-nazzjon kollu bħal fil-każ tal-ingliterra, l-isem ta' dan l-innu huwa: "''Kong Christian stod ved højen mast''" jew inkella :"King Christian stood by the lofty mast". Wieħed jista' forsi jissaponi li dawn l-innijiet ċelebrattivi għandhom xi konnessjoni mill-qrib ma' dak kollu li għadda minnu dan in-nazzjon fil-passat.
L-isem tal-innu nazzjonali tad-Danimarka huwa: "[[Der er et yndigt land]]" jew inkella "There is a lovely country". Id-Danimarka għandha wkoll l-innu rjali billi hemm reġina li tosserva n-nazzjon kollu bħal fil-każ tal-ingliterra, l-isem ta' dan l-innu huwa: "''Kong Christian stod ved højen mast''" jew inkella :"King Christian stood by the lofty mast". Wieħed jista' forsi jissaponi li dawn l-innijiet ċelebrattivi għandhom xi konnessjoni mill-qrib ma' dak kollu li għadda minnu dan in-nazzjon fil-passat.


Il-[[belt kapitali]] tad-Danimarka hija [[Kopenħagen]] u l-popolazzjoni totali f'din il-parti tal-pajjiż tammonta għal 1.9 miljun persuna. Il-popolazzjoni totali tad-Danimarka tista' tinstab meta wieħed iżid l-art addizzjonali li dan il-pajjiż għandu 'l barra miċ-ċentru tiegħu, għalhekk il-popolazzjonali total skont stħarriġ li sar fl-2012 hija:5,687,591. L-ilsien uffiċjali tad-Danimarka huwa d-[[Lingwa Daniża|Daniż]] però kif wieħed jista' jissaponi meta nitkellmu rigward pajjiżi ta' art relattivament kbira, nistgħu nsibu diversi lingwi oħra skont it-tip ta' dominju kkonċernat. Lingwi bħall-Grinlandiż, il-Farsi u l-Ġermaniż.
Il-[[belt kapitali]] tad-Danimarka hija [[Kopenħagen]] u l-popolazzjoni totali f'din il-parti tal-pajjiż tammonta għal 1.9 miljun persuna. Il-popolazzjoni totali tad-Danimarka tista' tinstab meta wieħed iżid l-art addizzjonali li dan il-pajjiż għandu 'l barra miċ-ċentru tiegħu, għalhekk il-popolazzjonali total skont stħarriġ li sar fl-2012 hija ta' 5,687,591. L-ilsien uffiċjali tad-Danimarka huwa d-[[Lingwa Daniża|Daniż]] però kif wieħed jista' jissaponi meta nitkellmu rigward pajjiżi ta' art relattivament kbira, nistgħu nsibu diversi lingwi oħra skont it-tip ta' dominju kkonċernat. Lingwi bħall-Grinlandiż, il-Farsi u l-Ġermaniż.


[[File:Flag map of Denmark (1864-1920).png|thumb|Il-mappa tad-Danimarka bil-bandiera inkorporata]]
[[File:Flag map of Denmark (1864-1920).png|thumb|Il-mappa tad-Danimarka bil-bandiera inkorporata]]

==Id-Danimarka==
==Id-Danimarka==



Reviżjoni ta' 17:24, 5 Lulju 2013

Renju tad-Danimarka
Kongeriget Danmark
Kongeriget Danmark – Bandiera Kongeriget Danmark – Emblema
Mottu: "Guds hjælp, Folkets kærlighed, Danmarks styrke"
Għajnuna t'Alla, Imħabba tal-Poplu, Qawwa tad-Danimarka
Innu nazzjonali: "Der er et yndigt land"
Hemm huwa pajjiż sabiħ
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Kopenħagen
55°43′N 12°34′E / 55.717°N 12.567°E / 55.717; 12.567

Lingwi uffiċjali Daniż
Gvern Monarkija kostituzzjonali parlamentari unitarja
 -  Monarka Margrethe II
 -  Prim Ministru Helle Thorning-Schmidt
 -  Kelliem tal-Folketing Mogens Lykketoft
Leġislatura Folketing
Konsolidazzjoni Seklu 8 
Erja
 -  Total 92,212 km2 (133)
35,603 mil kwadru 
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2012 5,580,413[1] 
 -  Densità 130/km2 
336.7/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $210.147 biljun[2] (52)
 -  Per capita $37,657[2] (20)
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $313.637 biljun[2] (32)
 -  Per capita $56,202[2] (8)
IŻU (2013) Increase 0.901[3] (għoli ħafna) (15)
Valuta Krone Daniż () (DKK)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku +45
TLD tal-internet .dk

Id-Danimarka huwa pajjiż fit-Tramuntana tal-Ewropa. Il-belt kapitali tagħha hi Kopenħagen.

Informazzjoni Ġenerali

L-isem tal-innu nazzjonali tad-Danimarka huwa: "Der er et yndigt land" jew inkella "There is a lovely country". Id-Danimarka għandha wkoll l-innu rjali billi hemm reġina li tosserva n-nazzjon kollu bħal fil-każ tal-ingliterra, l-isem ta' dan l-innu huwa: "Kong Christian stod ved højen mast" jew inkella :"King Christian stood by the lofty mast". Wieħed jista' forsi jissaponi li dawn l-innijiet ċelebrattivi għandhom xi konnessjoni mill-qrib ma' dak kollu li għadda minnu dan in-nazzjon fil-passat.

Il-belt kapitali tad-Danimarka hija Kopenħagen u l-popolazzjoni totali f'din il-parti tal-pajjiż tammonta għal 1.9 miljun persuna. Il-popolazzjoni totali tad-Danimarka tista' tinstab meta wieħed iżid l-art addizzjonali li dan il-pajjiż għandu 'l barra miċ-ċentru tiegħu, għalhekk il-popolazzjonali total skont stħarriġ li sar fl-2012 hija ta' 5,687,591. L-ilsien uffiċjali tad-Danimarka huwa d-Daniż però kif wieħed jista' jissaponi meta nitkellmu rigward pajjiżi ta' art relattivament kbira, nistgħu nsibu diversi lingwi oħra skont it-tip ta' dominju kkonċernat. Lingwi bħall-Grinlandiż, il-Farsi u l-Ġermaniż.

Il-mappa tad-Danimarka bil-bandiera inkorporata

Id-Danimarka

Id-Danimarka huwa pajjiż li jgawdi mis-sovranita' u jinsab fit-tramuntana tal-Ewropa. Dan il-pajjiż Nordiku jinsab lejn l-ilbiċ tal-Iżveżja, lejn in-nofsinhar tan-Norveġja u huwa mdawwar mill-Ġermanja li tinsab lejn in-nofsinhar tagħha. Huwa magħruf li d-Danimarka tipposjedi żewġ pajjiżi b'awtonomija kostitwenti fit-tramuntana tal-Oċean Atlantiku, il-Gżejjer Faroe u l-Groenlandja. B'43,094 kilometru kwadru (16,638.69 sq mi), u b'popolazzjoni li tlaħħaq għal madwar il-5.6 miljun abitant, id-Danimarka tikkonsisti minn peniżola, Jutland, u l-arċipelagu Daniż ta' erba' mija u sebat igżejjer, li huma kkaratterizzati minn art ċatta arabali u minn kosti ramlija b'elevazzjoni ċkejkna li jħaddmu klima moderata. L-ilsien nazzjonali, id-Daniż, għandu konnessjoni imminenti mal-Iżvediż u man-Norveġiż.

Ir-renju tad-Danimarka huwa monarkija kostituzzjonali unitarja ma' Margrethe II, magħrufa wkoll bħala r-reġina regnant. Huwa pajjiż organizzat b'demokrazija parlamentari. Mat-tmiem tal-monarkija assoluta introdotta fl-1660, il-kostituzzjoni tad-Danimarka giet iffirmata fil-5 ta' Gunju tal-1849, pero' din l-istess kostituzzjoni kellha tgħaddi minn diversi modifiki sabiex tkun tista' taqdi 'l poplu Daniż bl-aħjar mod possibbli, infatti l-kostituzzjoni tad-Danimarka nkitbet għal erba' darbiet, bl-aħħar reviżjoni tkun fl-1953. Il-parlament unikamerali, il-Folketing, jinsab fil-kapitali ta' Kopenħagen u dan jikkonsisti minn tliet potenzi partikolari, dik ġudizzjarja, eżekuttiva u leġislattiva. Id-Danimarka teżerċita influwenza eġemonika fuq l-isfera Daniża, fejn jigu mnaqqsa l-poteri politiċi sabiex ikunu jistgħu jiġu ttrattati l-interessi interni tal-Gżejjer Faroe u tal-Groenlandja. Fl-1973, id-Danimarka ssieħbet fi ħdan l-Unjoni Ewropea fejn ingħatat erba' okkażjonijiet fejn setgħet tastjeni bis-sħiħ kontra d-direttivi ġudizzjarji tal-Unjoni Ewropea, dan huwa spjegat b'ċertu dettall fil-ftehim ta' Edinbera tal-1992. Il-gżejjer Faroe kif ukoll il-Groenlandja baqġħat barra mill-Unjoni.

Meqjuma bħala dar il-Vikingi, id-Danimarka emarġinat bħala renju magħqud fit-tmien seklu bħala nazzjon profiċjenti tat-tbaħħir sabiex tkun iċ-centru tat-taqbida reċiproka għall-kontroll tal-baħar Baltiku. L-istabbiliment tal-Unjoni Kalmarja taħt il-kmand Daniż fl-1397 intemm mas-seċessjoni Żvediża fl-1523. Sena wara, id-Danimarka ssieħbet fl-Unjoni Ewropea man-Norveġja pero' dan il-ftehim ġie xolt fl-1814. Bosta ċessjonijiet tat-territorju Daniż li kienu bdew fis-seklu sbatax ikkawżaw qawma ta' diversi movimenti nazzjonalisti li kisbu l-momentum fit-tletinijiet tas-seklu dsatax. Dawn il-movimenti spiċċaw hekk kif intemmet it-tieni gwerra tal-1864 ġewwa Schleswig fejn ġew mitluba prospetti ġodda mill-Ewropa, li rriżulta f'aġġustament u ko-operazzjoni. Id-Danimarka baqgħet newtrali matul l-ewwel gwerra dinjija u l-invażjoni Ġermaniża f'April tal-1940 rat kuflitt militari qasir filwaqt li l-moviment ta' reżistenza Daniża kien attiv sa mill-1943 sakemm ċedew il-Ġermaniżi f'Mejju tal-1945. Il-perjodu ta' wara l-gwerra rnexxielu jiġġenera żieda sostazjali ta' ġid u ġab l-integrazzjoni Ewropea aktar fil-viċin, bħala parti mill-missjoni ta' paċi tan-nazzjonijiet uniti, fil-Balkani, fis-sena 1990. Id-Danimarka abbandunat in-newtralita' tagħha meta pparteċipat f'għaqdiet militari fil-Lvant Nofsani mal-wasla tal-millenju.

Id-Danimarka introduċiet riformi soċjali, kif ukoll riformi li huma relatati max-xogħol tas-suq fid-diċenji bikrija tas-seklu għoxrin, Dan ikkrea s-sisien għall-istat preżenti b'ekonomija mħallta u ferm żviluppata għas-suq Daniż. Huwa magħruf li l-kron Daniż intrabat mal-munita Ewro sa mill-1 ta' Jannar tal-1999. Id-Danimarka għandha rabtiet intrinsiċi mal-ġirien tagħha, konnessjonijiet kulturali, ekonomiċi u storiċi . Dan il-fattur ta' imminenza u ħbiberija irriżulta fil-kostruzzjoni tal-pont ta' Oresud u l-konnessjoni ppjanata ma' Fehmam. Il-mobilita' soċjali għolja preżenti f'dan il-pajjiż tista' titqies bħala l-aħjar waħda fid-dinja, l-aspetti pożittivi ta' dan il-pajjiż isegwu meta wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-livell għoli ta' ugwaljanza fil-pagi mogħtija, kif ukoll billi tittieħed fil-kunsiderazzjoni r-rati għoljin ta' dħul per kapita.

Fl-2013,id-Danimarka ġiet elenkata fil-ħmistax-il post fuq l-indiċi tal-iżvilupp Uman u fid-disa' post fir-rigward tal-inugwaljanza aġġustata HDI. Id-Danimarka tikklassifika b'mod pożittiv għall-ahhar fl-indiċi tal-perċezzjoni fuq il-korruzzjoni, fl-indiċi ta' prosperita' Legatum, kif ukoll bħala demokrazija sħiħa fl-indiċi 14,15 u 16, li jitkellmu rigward id-demokrazija. Id-Danimarka hija fost il-membri fundaturi tan-Nato, il-kunsill Nordiku, OECD,OSCE u tan-nazzjonijiet uniti. Dawn huma tliet siti ta' wirt Daniż li huma misjuba miktubin fil-lista tal-Unesco World heritage fl-Ewropa tat-tramuntana.

Etimoloġija

Id-definizzjoni tal-kelma 'Etimoloġija' tistà tiġi deskritta bħala l-istudju tal-oriġini preċiża tal-kliem Semantiku (tifsir) preżenti f'lingwa.

L-etimoloġija tal-kelma Danimarka, ir-relazzjoni bejn id-Daniżi u d-Danimarka u l-unita' tad-Danimarka bħala renju wieħed, huwa suġġett li jattira d-dibattitu mill-ewwel. Dan huwa ċċentralizzat primarjament fuq il-prefiss "Dan" u jekk dak qiegħedx jirriferi għad-Dani jonkella qiegħedx jirreferi għal xi personaġġ storiku li kien jismu Dan, u d-definizzjoni eżatta li tagħlaq il-kelma b'"mark". Din il-kwistjoni tikkumplika iktar ruħha meta wieħed jikkunsidra n-numru ta' referenzi li saru għall-bosta nies magħrufin bħala d-Dani fl-Iskandinavja jew inkella f'postijiet oħra li madwar l-Ewropa. Din l-informazzjoni essenzjali nistgħu nsibuha fid-diversi kontijiet miktuba mill-Griegi u mir-Rumani (bħal: Ptolemi,Jordanes u Gregorju ta' Tours), kif ukoll fil-letteratura medjevali (bħal: Adam ta' Bremen, Beowulf, Widsith u l-poetiku Edda).

Bosta kotba juru kif l-ewwel parti tal-kelma hija fil-fatt derivazzjoni ta' isem il-poplu Daniż minn kelma li għandha sinjifikat partikolari ta' art ċatta, assoċjata mal-Ġermaniż Tenne "Art id-Dris", Bl-Ingliż den "Għar" u bl-ilsien Sanskritt: dhánuṣ- (धनुस्; "deżert"). Huwa maħsub li l-aħħar parti tal-kelma "marka" hija referenza għal masġar, jew inkella jista' jkun li qieghda tirreferi għad-Danimarka bħala l-art fruntiera li hija t-triq waħdiena li min jittraversaha jirnexxilu jsib ruħu fid-destinazzjoni tiegħu. Allura hawnhekk nisgħu ngħidu li jista' jkun li hawn l-implikazzjoni tad-diversi foresti li servew bħala fruntiera naturali matul l-istorja tad-Danimarka.

L-ewwel użu rreġistrat tal-kelma Danimarka ġewwa d-Danimarka stess huwa misjub fuq iż-żewġ ġebliet ta' Jelling. Huwa maħsub li dawn iż-żewġ ġebliet tar-ruwn kienu mibnija mill-anzjan Gorm (c. 955)u minn Harald Bluetooth (c.965). Il-ġebla l-kbira mit-tnejn li jifformaw dan il-mafkar, hija popolarment magħrufa bħala ċ-ċertifikat tal-magħmudija tad-Danimarka (dåbsattest), minkejja l-fatt li t-tnejn li huma jużaw il-kelma "Danimarka", f'forma akkwiżittiva ᛏᛅᚾᛘᛅᚢᚱᚴ "tanmaurk" ([danmɒrk])fuq il-ġebla l-kbira, u ġenittiva "tanmarkar" (ippronunzjata [danmarkaɽ])fuq il-ġebla ż-żgħira. L-abitanti tad-Danimarka huma magħrufin bħala t-"tani" ([danɪ]), jonkella "Daniżi" fl-akkwiżittiv.

Ġeografija

Minsuba fit-tramuntana tal-Ewropa, id-Danimarka tikkonsisti mill-peniżola ta' Jutland u minn 443 gżejjer nominati (1,419-il gżira 'il fuq minn 100 m² b'kollox). Minn dawn il-gżejjer, tnejn u sebgħin (72) minnhom biss huma abitati, bl-aktar tnejn ikunu ż-Żilandja u Funen. Il-gżira ta' Bornholm tinsab lejn il-Lvant mill-kumplament tan-nazzjon prinċipali, fil-baħar Baltiku. Ħafna mill-gżejjer maġġuri huma konnessi permezz ta' diversi pontijiet, ngħidu aħna l-pont ta' Øresund li jgħaqqad iż-Żilandja mal-Iżvezja, il-pont taċ-ċintorin grandjuż li jgħaqqad 'il Funen maż-Żilandja u fl-aħħar u mhux l-inqas hemm l-pont taċ-ċintorin iċ-ċkejken li jgħaqqad lill-vapuri jew l-ajruplani ż-żgħar ta' Funen mal-gżejjer iż-żgħar sabiex ikun hemm ċerta komunikazzjoni bejn l-istati ż-żgħar ta' dan il-pajjiż Nordiku. L-ikbar ibliet b'popolazzjonijiet li jammontaw għal iktar minn 100,000 ruħ huma Kopenħagen, il-kapitali taż-Żilandja ,Aarhus u Aalborg f'Jutland; u Odense li tinsab fi Funen. Id-Danimarka tokkupa l-ispazju ta' madwar 43,094 kilometru kwadru. Id-daqs tal-art Daniża ma jistax jiġi ddeterminat bi preċiżjoni, dan għaliex l-oċean qiegħed kostantament jiekol u jżid materjal organiku lill-kosta u minħabba li l-bniedem ddeċieda li jwettaq xi proġetti ta' reklamazzjoni sabiex jikkumbatti l-erużjoni kontinwa li l-pajjiż jaffaċja ma' kull għodwa. Id-Danimarka taqsam il-fruntiera tagħha ta' 68 kilometru mal-Ġermanja li tinsab lejn in-nofsinhar, jonkella hija mdawwra minn 7,314 kilometru ta' xatt marea (inkluż il-bajjiet żgħar u l-ispazji miftuħa. L-ebda lokazzjoni fid-Danimarka m'hija 'l bogħod iktar minn 52 kilometru. Il-marea hija bejn 1-2 metri f'wisa'(3.28 u 6.56 piedi) u ddawwar il-kosta tal-Ilbiċ ta' Jutland. Il-kurrent tal-mewġ jimxi 'l barra u 'l ġewwa fuq medda ta' 10 kilometri.

L-iktar punt li jinsab fit-tramuntana tad-Danimarka huwa Skagen (il-bajja tat-tramuntana li ġġib l-isem ta' Skaw) fil-latitudni Nordika ta' 57° 45' 7'. L-estrem l-ieħor jirrappreżenta l-iktar punt li jinsab fin-nofisnhar tal-pajjiż, magħruf bħala l-punt ta' Gedser (Il-ponta tan-nofsinhar ta' Falster) fil-latitudni Nordika ta' 54° 33' 35". L-iktar punt tad-Danimarka li jinsab lejn il-Punent huwa: Blåvandshuk, li qiegħed 8° 4' 22" fuq il-lonġitudni tal-Lvant u biex nagħlqu l-kalkoli jonqosna nsemmu l-iktar punt estrem li jinsab lejn il-Lvant tal-pajjiż, proprju: Østerskær li qiegħed 15° 11' 55" fuq il-lonġitudni l-iktar estrema tal-Lvant. Dan huwa l-arċipelagu ta' Ertholmene, 18-il kilometru lejn il-Grigal ta' Bornholm. Id-distanza mil-Lvant għall-Punent hija ta' 452 kilometru u d-distanza mit-Tramuntana san-Nofsinhar hija ta' 368 kilometru. Il-pajjiż huwa ċatt bi ftit elevazzjoni, b'għoli medju 'l fuq mil-livell tal-baħar ikun dak ta' 31 metru. L-ogħla punt naturali huwa Møllehøj, li jinsab fil-170.86 metru. Iż-żona tal-ilma li hija mdawwra mill-art hija ta' 700 kilometru kwadru.

Fitogeografikalment, ir-renju tad-Danimarka li jinkludi fih lill-Grinlandja u l-gżejjer tal-Faroe, jappartjenti lir-renju Boreali u hija maqsuma bejn l-Artiku, l-Atlantiku Ewropew u l-provinċji ċentrali Ewropej tar-reġjun Ċikomboreali. Skont il-fond ta' madwar id-dinja għan-natura, it-territorju tad-Danimarka jista' jinqasam f'żewġ ekoreġjuni, li huma: il-foresti mħallta tal-Atlantiku u l-foresti mħallta tal-Baltiku. Il-Gżejjer Faroe huma koperti minn tapiti sħaħ ta' mergħat Boreali, art ħadra fejn jikber il-ħaxix salvaġġ. Filwaqt li l-Grinlandja tospita l-ekoreġjuni tal-Kalaallit Nunaat, tundra Artika għolja u l-Kalaallit Nunaat li hija tundra Artika baxxa.

Kultura

Id-Danimarka, bħall-ġirien Skandinavi tagħha kienet waħda mill-iktar kulturi avvanzati soċjalment fid-dinja u dan jista' jiġi approvat meta wieħed jikkonsla l-istorja ta' dan il-pajjiż. Fl-1969,id-Danimarka kienet minn tal-ewwel li mxiet 'il quddiem lejn il-legalizzazzjoni tal-pornografija. Wieħed jista' forsi joqgħod jaħseb jekk dan il-pass meħud huwiex tassew neċessarju biex il-pajjiż jimxi t-triq tal-futur Fl-2012 id-Danimarka mmodifikat ll-liġijiet tas-sħubija rreġistrata tagħha, l-ewwel pajjiż li għamel dan il-pass fl-1989 maż-żwieġ tas-sess newtrali. Modesta u Puntwalità imma fuq kollox l-ugwalità huma aspetti importanti tal-mod tal-ħajja Daniżi.

L-iskoperti astronomiċi ta' Tycho Brahe (1546–1601) u ta' Ludwig A. Colding (1815–1888), li traskuraw l-artikulazzjoni tal-prinċipju tal-konservazzjoni tal-enerġija, u l-kontribuzzjonijiet brillanti ta' fiżika atomika ta' Niels Bohr (1885–1962)jindikaw biċ-ċar il-medda ta' kisba Xjentikfika Daniża. Il-Ħrejjef ta' Ħans Christian Anderson(1805–1875), il-komponimenti filosofiċi ta' Søren Kierkegaard (1813–1855), l-istejjer qosra ta' Karen Blixen (penname Isak Dinesen), (1885–1962), id-dramm ta' Ludvig Holberg (1684–1754)u l-poeżija aforistika densa ta' Piet Hein (1905–1996) attribwew rikonoxximent internazzjonali, bħalma kisbu s-simfoniji ta' Carl Nielsen (1865–1931). Għan-nofs tas-sena 1990,il-films Daniżi rnexxielhom jiġbdu l-attenzjoni internazzjonali, speċjalment dawk li huma assoċjati ma' Dogme 95, bħal dawk ta' Lars Von Trier

Il-Klima

Id-Danimarka għandha klima moderata, ikkaretterizzata minn xtiewi moderati bit-temperatura medja tkun 0.0 °C (32.0 °F) bejn ix-xhur kesħin ta' Jannar u Frar. L-istaġun tas-sajf f'dan il-pajjiż nordiku huwa wieħed pjuttost biered bit-temperatura medja tkun 15.7 °C (60.3 °F)fix-xahar ta' Awwissu. Bejn wieħed u iehor id-Danimarka għandha 121 ġurnata ta' preċipitazzjoni (xita) fis-sena, fejn tirċievi medja ta' 712-il millilitru ta' ilma fis-sena. L-istaġun tal-Ħarifa huwa l-iktar wieħed imxarrab mill-erba' staġuni li jirregolaw l-atmosfera ta' dan il-pajjiż filwaqt li r-rebbiegħa tista' titqies bħala l-iktar xahar niexef minħabba n-nuqqas ta' xita.

Minħabba l-lokazzjoni nordika tad-Danimarka, wieħed jista' jippretendi li jara varjazzjoniet maġġuri fl-istaġun matul il-jum. Il-jiem matul l-istaġun tax-xitwa huma qosra billi żerniq ix-xemx iseħħ għal xit-8.45 ta' filgħodu u nżul ix-xemx għandu jseħħ fit-3:45 ta' filgħaxija (ħin standard), kif ukoll ġranet twal fis-sajf fejn żerniq ix-xemx iseħħ filgħodu kmieni fl-4.30 u nżul ix-xemx fl-għaxra ta' filgħaxija (l-iffrankar tal-hin waqt il-ġurnata).

Ikel dipiku Daniż

Il-Kċina

Il-kċina tad-Danimarka, bħal dik ta' pajjiżi nordiċi oħra u dik tal-Ġermanja tat-tramuntana, tikkonsisti prinċipalment minn laħam u ħut. Din hija indikazzjoni ċara tal-passat agrikolu li għadda minnu l-pajjiż, il-Ġografija tiegħu kif ukoll iż-żmien twil ta' klima kiesħa fix-xitwa li taħkem lil din l-art ċatta. B'145.9 kilogrammi ta' laħam ikkonsmat kull persuna fl-2002, id-Danimarka hija meqjusa bħala l-iktar pajjiż fejn jiġi mittiekel laħam minn persuna waħda fid-dinja.

Il-ħobż miftuh, magħruf bħala: smørrebrød,li fil-forma bażika tagħhom huma is-soltu nol tal-pranzu. Il-ħobż miftuh jista' jiġi kkunsidrat bħala speċjalità nazzjonali meta huwa ppreparat u mżejjen b'varjetà vasta ta' ingredjenti fini. Tradizzjonalment, l-ikel sħun ikun jikkonsisti minn laħmijiet mitħuna, ngħidu aħna l-frikadeller (il-blalen tal-laħam, meat balls), jonkella minn iktar dixxijiet sostanzjali ta' laħam u ħut, ngħidu aħna bħal: flæskesteg (tip ta' majjal mixwi) jew il-kogt torsk (Merluzz)biz-zalza tal-mustarda u ttrimjata. Id-Danimarka hija rinomata wkoll għall-birer tagħha, li huma l-Carlsberg u t-Tuborg.

Il-kokijiet Daniżi, ispirati minn prattiċi kontinentali, fis-snin riċenti rnexxielhom jiżviluppaw serje innovattiva ta' dixxijiet Gourmet li huma bbażati fuq kwalità għolja ta' prodotti lokali. Bħala riżultat, issa Kopenħagen u l-provinċji għandhom numru kosiderevoli ta' ristoranti mill-aqwa. Ristoranti li ħafna minnhom irnexxielhom jattribwixxu l-premju prestiġjuż tal-istillel ta' Michelin.

Referenzi

  1. ^ Danish Ministry for Economic Affairs and the Interior
  2. ^ a b ċ d International Monetary Fund (ed.). "Danimarka". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  3. ^ Nazzjonijiet Uniti, ed. (2013). "Human Development Report 2013" (PDF). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)

http://en.wikipedia.org/wiki/Denmark (Atiklu tradott)

Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA